1. ‘Dik it-tjieba ħanina li għallmitni ommi fl-iskola ta’ ħoġorha’ : Dun Karm Psaila
- Author
-
Vella, Joseph
- Subjects
Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation ,Solitude in literature ,Death in literature - Abstract
Il-qarrej assidwu tal-poeżiji ta’ Dun Karm Psaila (1871–1961) jinnota rikorrenza persistenti ta’ għadd ta’ termini, xbihat, u metafori li marbutin flimkien, huma l-leitmotif tal-aqwa fost xogħlijietu u jixhdu l-essenza tal-forma mentis tiegħu. Din il-ktiba għandha l-għan li, waqt li tirrileva dan kemm tista’ fi ħdan il-limiti tat-tul allokat, tasal ukoll biex tindika li Dun Karm jattribwixxi l-qofol tal-fibra morali tiegħu lill-formazzjoni li rċieva mingħand ommu, il-figura materna (attwali imma wkoll arketipali) li tinħass tinfluwixxi fuqu b’mod speċjali fil-perjodu tal-produzzjoni tal-aqwa kitbiet poetiċi tiegħu fit-tletinijiet, u mill-erbgħinijiet tas-seklu għoxrin ’il quddiem. Dan kollu jiġi esplikat skont vrus il-poeta nnifsu, jew kif implikat minnhom., peer-reviewed
- Published
- 2015